7318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru
jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret
mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
17/10/2018
ONOR. CARMELO
ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif
tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa
Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (hekk kif
kien imsejjaħ dak iż-żmien) nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma
l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna
partikolarment l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta mar-Renju
Unit. Dan sar sabiex flimkien
mal-Ministeri koncernati, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistħarreġ
jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni fid-dawl tal-eventwali konklużjoni u r-riżultat
tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE.
Seduta 146
22/10/2018
No comments:
Post a Comment