6902.
L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’
l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn
l-aħħar erba’ snin fil-Fgura?
20/09/2018
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma
lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss
fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikolari t’Ambjent Malta
(li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment
Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern
Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi
kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu
għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju
ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb
ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u
l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm
ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru
ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn
l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità
tal-Fgura f’dawn l-aħħar erba’ snin ma ġewx maqlugħa arbuxelli imma ġew imħawla
150 arbuxell li 135 minnhom kienu virgi u 15 riħan.
Seduta 142
09/10/2018
No comments:
Post a Comment