24.10.18

FGURA – TRASPORT TAL-ISKEJJEL – PICK UP U DROP OFF POINT




7313. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta’ Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?

16/10/2018

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mid-Dipartiment konċernat. Malli tingħatali aktar informazzjoni nkun nista’ npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  146
22/10/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...