9.10.18

IL-GUDJA - ARBUXELLI


  
6905. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Gudja?

20/09/2018

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC).  Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.

Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Gudja f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 30 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 30 Lantana Montevidensis.

Seduta 142
09/10/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...