7312. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk
jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc. Biology u li ngħataw
l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat
fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu ntitolati għall-istipendju? Jekk
fl-affermattiv, jista’ jindika r-raġunijiet?
16/10/2018
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninsab infurmat li kif stabbilit fl-Artiklu 13
tal-Avviż Legali 308 tal-2006 studenti
li jkunu qed isegwu t-tieni kors jew kors sussegwenti fuq livell magħruf aktar
baxx jew wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew kors ieħor ta’ studji fuq
l-istess livell ma jkunux intitolati li jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment
għall-istudenti għal dak il-perjodu ta’ żmien li hu ekwivalenti għall-perjodu
li jkunu għamlu fil-kors ta’ studju preċedenti, jekk għal dak il-kors ta’
studju preċedenti kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti.
Matul it-tieni kors jew dak
sussegwenti dawn l-istudenti jkunu intitolati biss għall-għotjiet ta’
manteniment għall-istudenti għall-perjodu ta’ żmien li jkun għad jonqos wara
tmiem il-perjodu tal-kors preċedenti jew għad-differenza fl-ammont tal-għotjiet
ta’ manteniment għall-istudenti jekk għat-tieni kors jew dak sussegwenti
l-ammont ta’ għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jkunu ogħla.
Dan jgħodd għal studenti li
ggradwaw fil-BSc Biology u li ngħataw għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti
matul l-ewwel kors tagħhom peress dawn jitqiesu fl-ambitu ta’ dan
ir-regolament.
Seduta 146
22/10/2018
No comments:
Post a Comment