10471. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol:
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’proċeduri qed jittieħdu dwar il-proġett
għal tibdil ta’ kmamar tal-banju fil-librerija fl-Università ta’ Malta? Jista’
jindika x’inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa’ magħhom?
11/06/2019
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif intqal
fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar dan is-suġġett,
il-kmamar tal-banju kollha tal-Librerija tal-Università ser jiġu sostitwiti
matul is-sajf tas-sena 2019.
Seduta 245
03/07/2019
No comments:
Post a Comment