6.7.19

ŻVILUPP REĠJONALI – FONDI UTILIZZATI MILL-FOND EWROPEW


  
10470. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jindika kemm fondi ġew utilizzati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo?

11/06/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, l-ammont ta’ fondi li ġew utilizzati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) bħala parti mill-proġett ERDF.PA.7.0091 Smiths Introduction of Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta and Gozo huwa dak ta’ €13,658,124.08.

Seduta  244
02/07/2019


No comments:

RAĦAL ĠDID – TRIQ GĦAJN DWIELI – XOGĦOL

35179. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġib...