10447. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali eżekuttivi
indikati bħala 166A tul dawn l-aħħar ħames xhur ta' din is-sena?
10/06/2019
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ġew
ippreżentati 1335 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kap 12
mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 – 61 ittra uffiċjali fil-Prim Awla
tal-Qorti Ċivili u 1274 ittra uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.
Fil-Qorti Għawdex ġew ipprezentanti 61 Ittri Uffiċjali ai termini tal-Artikolu
166A tal-Kap 12 mill-1 ta’ Jannar sal-31
ta’ Mejju 2019 – 2 ittri uffiċjali fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u 59 ittra
uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati.
Seduta 244
02/07/2019
No comments:
Post a Comment