6.7.19

ĦAL GĦAXAQ - ĦLAS TA' ESPROPRJU TA' TRIQ




10446. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-proċeduri għall-ħlas tal-esproprju ta’ Triq Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq sabiex tiġi estiża triq pubblika (Ref 256/18)?

10/06/2019

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, li b’referenza ghat-talba illi saret għall-espropju fi Patri Girgor Grima ma' Triq il-Qattus Ħal Għaxaq, ġie kkonfermat illi l-Awtorità tal-Artijiet ħadet il-passi necessarji biex tinforma lill-avukat tal-klijent illi ġie nfurmat b’ittra, datata 23 t’Ottubru 2018, illi t-talba tiegħu ġiet mgħoddija lill-Transport Malta.  Infurmati wkoll illi f’ittra datata 21 ta’ Gunju 2013, TM kienet digà infurmat lill Perit li kiteb ghan nom tal klijent fejn ġie indikat illi l-art saret bi żvilupp ċjoè biex jingħata aċċess għall-propjetajiet oħra u għaldaqstant ma sar l-ebda esproprju minn entità governattiva.  TM infurmat ukoll lill-perit li jekk kellha ssir talba għal kumpens, din kellha ssir lil min għamel dan l-iżvilupp.  It-TM infurmaw ukoll lill-Awtorità tal-Artijiet li l-pożizzjoni tagħhom għadha bħal dik tal-2013.  Il-kopji tal-ittri msemmijja fit-tweġiba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  244
02/07/2019

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...