9.7.19

UNIVERSITÀ TA’ MALTA – PROĠETTI – BDIL TA’ UNITS TAL-AIR CONDITION FIS-SALA SIR TEMI ZAMMIT




10473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’proċeduri qed jittieħdu dwar il-proġett ta’ bdil tal-units tal-Air Conditioning ġewwa s-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta? Jista’ jindika x’inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqa’ magħhom?

11/06/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li dan il-proġett mhux ippjanat li jsir fl-2019. Kif ikkomunikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari preċedenti, is-Sala Sir Temi Zammit jeħtiġilha refurbishment sħiħ u s-sistema tal-air conditioning hija parti minn dan il-proġett.  Loġistikament dan jinvolvi li, għal sena partikolari, jinstab post alternattiv fejn ikunu jistgħu isiru l-lectures li bħalissa jsiru fis-sala kif ukoll iċ-ċerimonji ta' gradwazzjoni. Huwa antiċipat li l-proġett jitwettaq fis-snin li ġejjin. Dan kollu jiddependi wkoll fuq il-fondi disponibbli.

Seduta  245
03/07/2019

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...