10480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari
10308, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu dwar t-trasferiment
tal-lapida ddedikata lil Fortunato Mizzi mill-Bażilika ta’ Santa Croce f’Firenze
lejn Malta u jista’ jindika r-raġuni għaliex inħass il-bżonn li tinġieb
f’pajjiżna?
11/06/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li
l-Ministeru responsabbli għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ,
permezz tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma, ħadem sabiex tinġieb Malta l-lapida
ddedikata lil Fortunato Mizzi li kienet mizmuma f’“Opera di Santa Croce” ġewwa
Firenze.
F’Mejju ta’ 2016 l-Ambaxxata
infurmat il-Ministeru u l-Fondazzjoni Wirt Artna fuq s-sejba ta’ l-lapida
f’maħżen tal-knisja.Minħabba l-figura ta’ Fortunato Mizzi kienet ewlenija
fil-komunita’ li titkellem bit-Taljan f’Malta l-Fondazzjoni xtaqet li jekk
possibli din il-lapida tinġieb lura Malta u talbet lil Ministru tal-Affarijiet
Barranin għal għajnuna fuq dan il-proġett. Għaldaqstant il-Ministeru talab
lill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma biex jibdew il-kuntatti neċessarji. Wara li l-Ambaxxatur tkellmet ma’ diversi
uffiċjali Taljani, l-Ambaxxata għamlet talba uffiċjali lil “Opera di Santa
Croce” fl-10 ta’ Lulju 2017. Wara l-qbil tal-“Opera di Santa Croce”
għad-donazzjoni tal-lapida lil Malta, il-Ministeru Taljan responsabbli
għall-kultura ta’ l-kunsens tiegħu f’ Diċembru 2018. Fil-15 ta’ Marzu 2019,
l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Italja rċeviet uffiċjalment l-lapida ġewwa Firenze li
ġiet ippreżentata Malta f’ċerimonja ġewwa l-Mużew tal-Gwerra l-Birgu.
Seduta 246
08/07/2019
No comments:
Post a Comment