10537. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari
10314 u jgħid x’ħidma diplomatika saret fl-Ambaxxata tagħna ġewwa New York tul
din is-sena?
17/06/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma
tal-Ambaxxata tagħna fi New York, jew aħjar kif inhi msejjħa ir-Rapprezentanza
Permanenti ta’ Malta, hi mifruxa fuq diversi oqsma u tikkonsissti fuq varjeta ta’ azzjonijiet li jittieħdu
matul il-perjodu indikat fil- mistoqsija.
L-ewwel ħaga ta’ min jingħad
li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea, taħdem f’dan il-qafas u bil-għan li
jintlaħqu l-objettivi prinċipali tal-Unjoni Ewropeja fi ħdan in – Nazzjonijiet
Uniti. Għaldaqstant Malta taħdem mas-sieħba l-oħra tal-Unjoni biex jissaħħaħ
il-multilateralizmu u s-sistema mondjali bbazata fuq regoli predeterminati hekk
msejjha ‘rules based system’. Fid-dawl ta’ x’qed jiħri fid-dinja, bħala pajjiz
zgħir, Malta għandha kull interess li s-sistema ta’ ordni internazzjonali tkun effettiva u id-djalogu multilaterali
jissaħħaħ. Mhux dan biss imma, Malta permezz tar-Rapprezentanza Permanenti
ġewwa New York taħdem ma’ pajjizi oħra
u mas-Segretarju Generali biex kemm jista’ jkun nkattru l-prevenzjoni ta’
konflitti, nistabbilixxu paci u sigurta, nippromovu d-drittijiet umani madwar
id-dinja, nindirrizzaw l-isfidi tal kambjamenti fil-klima, il-migrazzjoni u
l-estremizmu vjolenti u t-terrorizmu, nimplimentaw is-Sustainable Development
Goals bil-għan li nilħqu l-miri tagħna tal-Agenda 2030, kif ukoll naħdmu biex
iċ-ċirkostanzi jippermettu li nnaqqsu l-proliferazzjoni tal-armi nukleari u
npoggu fuq bazi soda id-dizarm in ġenerali.
Ir-Rapprezentanzaa Permanenti
ta’ Malta tieħu ħsieb dawn id-dossiers
b’ħidma differenti u tippromovi u tissalvagwarda l-interessi ta’ Malta f’oqsma
oħra bħal dawk relatati mall-Law of the Sea, mar-Riforma fil-Kunsill
tas-Sigurta, sanzjonijiet, mas-sitwazzjoni fil-Libja, is-sitwazzjoni fis-Sahel,
il-process ta’ paci fil-Lvant Nofshani, ir-regjun tal-Balkani, u l-konflitti
l-oħra kollha speċjalment dawk li huma fl-Ewropa jew vicin tagħha u dawk li
jistgħu ikollhom effetti fuqna.
Għaldaqstant
ir-Rapprezentanza Permanenti ta’ Malta tieħu sehem b’mod regolari u kontinwu
fid-diskussjonijiet li jsiru kemm ta’
ko-ordinament mal-grupp tal-Unjoni Ewropea u mal-grupp aktar wiesgħa
tal-WEOG, imma wkoll fid-diskussjonijiet fin-Nazzjonijiet Uniti skont kif ikun
il-kaz u l-bzonn.
Malta permezz tar-Rapprezentanza
Permanenti ġewwa New York, hi co-chair
tal Group of Friends Children and Armed Conflict u tmexxi id-diskussjonijeit
f’dan ir-rigward. Hija wkoll membru attiv
tal- Group of Friends on Oceans and Seas, tal-Group of Friends for Climate and Security,
tal-Group of Friends of the Mediterranean Diet, tal-Group of Friends for the
Prevention of Drowning u tal-Group of Friends on Water. Malta hija wkoll membru
attiv tal-Committee on the Inalienable Rights of the Palestinian People, tal-
Forum of Small States u minn din is-sena membri tal- ECOSOC.
Matul din is-sena,
ir-Rapprezentanza Permanenti ta’ Malta fi New York ħadet sehem fis-17
ir-rizoluzzjoni mgħoddija mill-Assemblea Generali li minnhom Malta
iko-sponorizzat 5. Minn dawn is-17 ir-rizoluzzjoni, Malta astjeniet fuq waħda
dwar Advisory Opinion of the ICJ on the legal consequences of the separation of
Chagos Archipelago from Mauritius in 1965. Fuq il-bqija jigifieri, 16
ir-rizoluzzjoni kien hemm adozzjoni mingħajr vot, jigifieri kulħadd qabel.
Minkejja li m’aħniex membri
tal-Kunsill tas-Sigurta, f’certi kazijiet hu permess li stati membri tan-
Nazzjonijiet Uniti jissieħbu ma’ dawk membri tal-Kunsill tas-Sigurta biex
jisponsorizzaw ċerti rezoluzzjonijiet. Il-Kunsill tas-Sigurta approva 22
rizoluzzjoni li minnhom Malta ħadet sehem fi tnejn bħalha co-sponsor, waħda fuq
Silencing the guns in Africa u l-ohra Missing persons in conflicts.
Matul is-sena,
ir-Rapprezentanza Maltija gewwa New York ikontribwixxiet għal bosta diskorsi
magħmula f’isem l-Unjoni Ewropeja kif ukoll ħadet sehem b’interventi nazzjonali
f ‘aktar minn 12 il-okkazjoni f’High Level Meetings organizzati mill-President
tal-General Assembly u jew f’Open Debates tal-Kunsill tas-Sigurta.
Ir-Rapprezentanza Permanenti
fi New York tkopri hafna laqgħat bħala
delegazzjoni ufficcjali ta’ Malta. Dawn jinkludu il Commission on Population
and Development, il-Commission on the Status of Women, l-ECOSOC Youth Forum,
il-Committee of Experts on International Tax Matters, High Level Meeting on
Cyclone Idai, is-sezzjonijiet tan-negozjait fuq An international legally
binding instrument under UNCLOS on the conservation and sustainable use of
marine biological diversity of areas beyond national jurisdiction,
tal-Commission on Social Development u taghti ghajnuna lill-delegazzjonijiet
Maltin li jitilgħu għal konferenzi speċifiċi fi New York.
Ir-Rapprezentanza Permanenti
fi New York tattendi b’mod regulari il-laqgħat tal-WEOG u tieħu ħsieb
tikkordina il-kandidaturi li jitolbu appoġġ minn Malta. Ir-Rapprezentanza tattendi
b’mod regulari ukoll id-diversi laqgħat ta’ koordinanment tal-Unjoni Ewropea li
jinkludu il- HOMs, Deputies meetings, article 34 meetings, GA Committee
Coordination meetings, resolutions facilitations meetings u ħafna oħrajn.
Tattendi ukoll il-laqgħat ta- koordinament tal-Commonwealth u Francophonie.
Fil-qosor din hija ftit
mill-ħidma tar-Rapprezentanza Permanenti ta’ Malta ġewwa New York.
Seduta 246
08/07/2019
No comments:
Post a Comment