15.7.19

JOBSPLUS - PERSUNI BARRANIN - PERMESS GĦALL-ĦIDMA




 
10508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 10296, jista’ l-Ministru jikkonferma lill-Kamra li għalhekk tul dawn l-ewwel xhur tas-sena nħargu 12,299 single permit/work permit?

11/06/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa l-aħħar t'April tal-2019, mill-2,734 applikazzjoni li rċiviet, Jobsplus ipproċessat 2,668 permess ta’ xogħol (Employment Licence) minn ċittadini ta’ pajjii terzi li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal Single Residence/Work Permit. Fost dawn l-applikazzjonijiet, Jobsplus ħarġet 2,610 permess ta’ xogħol u rrifjutat 58 applikazzjoni.

Jobsplus ipproċessat wkoll 9,869 talba għal permess ta’ Single Residence/Work Permit sa l-aħħar t’April 2019. Din il-figura tinkludi wkoll applikazzjonijiet pendenti li ġew sottomessi f’Diċembru 2018. Minn dawn it-talbiet, Jobsplus irrakkomandat 9,035 applikazzjoni u oġġezzjonat għal 834 applikazzjoni wara li għamlet it-testijiet meħtieġa. Ta’ min jinnota li l-ħruġ finali ta' dawn il-permessi (Single Residence/Work Permit) jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Identity Malta u mhux ta’ Jobsplus; għalhekk l-ammont finali ta’ kemm attwalment ħarġu Single Residence/Work Permits trid tingħata minn dik l-entità.

Seduta  246
08/07/2019

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...