9.7.19

UNIVERSITÀ TA’ MALTA – BIDLIET FIL-MELITENSIA




10472. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika x’tibdiliet saru ġewwa s-sezzjoni magħrufa bħala “Melitensia” fl-Università ta’ Malta u jista’ jindika jekk kemm-il darba l-għamara ġdida li kellha tinxtara nxtratx u jekk iva meta ser tiġi installata u jekk le x’inhuma d-diffikultajiet?

11/06/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li x-xogħol li sar fis-sezzjoni tal-Melitensia jinkludi installazjoni ta’ vinyl flooring,UV film mal-ħġieġ tat-twieqi, installazzjoni ta’ network ġdida, installazzjoni ta’ partition tal-gypsum u tibjid.  Sadanittant, ġie mħejji tender għal xiri ta’ għamara, liema tender ġie proċessat mill-UM u MEDE. Il-proċess tat-tendering ġie konkluż u l-għamara ser tiġi installata matul is-sajf 2019.

Seduta  245
03/07/2019

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...