10440. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar tul dawn
l-ewwel erba' xhur ta’ din is-sena fl-hekk imsejjaħ tielet sular ġewwa Palazzo
Parisio l-Belt?
10/06/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġħall-aħħar
tas-sena 2018, saru taħdidiet mal-mangement
u impjegati tal-Ministeru fejn ġew elenkati il-faċilitiajiet u l-bżonnijiet
neċessarji biex jiġi mħejji brief
għad-design meħtieġ.
Fi Frar ta’ din is-sena ngħata bidu għal sejħa ta’
offerti biex isiru studji tekniċi fuq l-istabbiltà strutturali tas-soqfa eżistenti
fuq din il-binja. Dan il-proċess ġie sorveljat mil-esperti tekniċi ingaġġati
mil-Ministeru. Ta’ min jgħid li dawn it-testijiet ġew ikkordinati wara l-ħin
normali tax-xogħol jew fi ġranet maqbulin mal-uffiċjali għolja tal-Ministeru
biex ma jtellfux mil-ħidma u l-operat tal-Ministeru.
Għaddejjin taħdidiet
mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport,
Infrastruttura u Proġetti Kapitali sabiex jiġi mħejji disinn addattat li hu
funzjonabbli għall-ħtiġijiet tal-Ministeru preżenti. Qegħdin fil-fażi biex jiġu
sottomessi il-permessi meħtieġa għall-iżvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar.
Seduta 243
01/07/2019
No comments:
Post a Comment