10474. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari
10301, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġiet tiswa ż-żjara li saret bejn
it-23 u l-25 ta’ Jannar 2019 ġewwa t-Turkija? Jista’ jinforma wkoll minn min
kienet komposta d-delegazzjoni u x’sar?
11/06/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill Onor. Interpellant li l-ispejjeż li
tħallsu għaż-żjara ġewwa t-Turkija bejn it-23 u 25 ta' Jannar 2019 kienu ta'
€2,898.77. Iż-żjara saret fl-okkażjoni
tal-Forum tan-Negozji bejn it-Turkija u Malta ġewwa Istanbul, fejn akkumpanjajt lill E.T. Marie Louise Coleiro
Preca, u flimkien attendejna laqgħa bilaterali mal-President Tork Recep Tayyip
Edrogan u l-Vici Presdient Fuat Oktay, kif diġà ġie spjegat fir-risposta li
ngħatat għall-mistoqsija numru 10301.
Inzid ngħid li kelli laqgħa
mall-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija.
Kont akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, id-Direttur tal-Protokoll,
is-Sinjura Abela u l-Assistent Segretarju Privat.
Seduta 245
03/07/2019
No comments:
Post a Comment