10445. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kawżi ġodda fil-Prim’ Awla
tal-Qorti Ċivili u kemm ġew preżentati Appelli Superjuri u Inferjuri tul dawn
l-ewwel ħames xhur tas-sena?
10/06/2019
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta l-għadd ta’
kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli
Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:
i. Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili : 656
ii. Kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede
Kostituzzjonali) : 87
iii. Appelli fil-Qorti tal-Appell Superjuri : 181
iv. Appelli fil-Qorti Kostituzzjonali : 23
v. Appelli fil-Qorti tal-Appell Inferjuri : 163
Fil-Qorti Għawdex għadd ta’
kawżi ġodda ppreżentati fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u l-għadd ta’ Appelli
Superjuri u Inferjuri mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hekk:
i. Kawżi fil- Prim’ Awla – Seżżjoni
Ġenerali - 41
ii. Appelli Superjuri – Xejn
iii. Appelli Inferjuri – 6
Seduta 244
02/07/2019
No comments:
Post a Comment