10443. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol laħaq sar
mill-Ministeru fit-tielet sular f’Allied House l-Belt, tul dawn l-ewwel erba'
xhur ta' din s-sena?
10/06/2019
ONOR. CARMELO
ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel erba’
xhur ta’ din is-sena, sar il-proċess tax-xiri tal-għamara li aktar tard
twasslet fuq il-post sabiex tiġi mgħaqqda.
Sar ukoll l-ippjanar u t-tneħħija ta’ madum tal-ħajt qadim, tikħil u żebgħa
sabiex isiru kċina żghira u toilet ġdid
fit-tielet sular ta’ Allied House.
Hekk kif tlesta dan ix-xogħol l-uffiċini ġew okkupati fit 22ta’ Mejju 2019.
Seduta 243
01/07/2019
No comments:
Post a Comment