24.10.18

Beda jsir l-argument



1.    Drajna llum il-passi li l-Gvern jieħu biex iressaq l-ideat tiegħu.  Drajna nsegwu l-metodu u t-toroq li jieħu qabel ma jressaq ħsieb jew linja politika.  Drajna naqraw il-kitba ta’ ġurnalist jew ieħor f’gazzetti partikolari li jmexxu l-aġenda tal-amministrazzjoni.  L-aħbarijiet tista’ tfittixihom, tista’ tarahom iseħħu quddiemek, inkella tista’ tkun int li tibdihom.  L-“aħbar’ tkun dak li ħaddieħor irid iressaqlek biex tibda tħares u taħseb.  Nafu li, ħafna drabi, dan il-Gvern immexxi minn dan il-Kabinett jixħet il-ħsieb biex l-ewwel jara kif ser tintlaqa’, u wara jipprova jaċċerta billi jkollu lil dak jew lill-ieħor iċempel biex jara l-opinion polls.

Għal dawk li jifilħu jħallsu

2.    Din il-ġimgħa, proprju f’nofsha, gazzetta minnhom ħarġet bl-argument li għalkemm qed inżidu fl-ispiża fl-edukazzjoni, skont l-istess ma hemmx riżultati tajbin.  Nifhem il-ħsieb li dan il-Partit Nazzjonalista ilu snin jikkumbatti.  Ħsieb elitista, liberali, li jibbaża ruħu fuq il-linja li aċċess għall-edukazzjoni m’għandux ikun għal kulħadd.  Ikun aċċessibbli biss għal dawk li jifilħu jħallsu.  Dan fuq il-premessa li l-Istat m’għandux iħallas għal kull student.  Għax għal dawn il-persuni wieħed ikun qiegħed jaħli l-flus.  Dan, bħala partit dejjem ikkunsidrajnih bħala argument mill-iktar żbaljat.  U sewwa għamilna u sewwa nibqgħu nagħmlu.

Iktar mhux inqas studenti

3.    Minn dan l-artikolu, l-editur jislet sentenza partikolari biex jibda l-linja li tkellimt fuqha, u jgħdi: “The performance of Maltese students in international assessments remains poor”.  Niddubita kemm dan huwa minnu.  Niddubita għax tul dawn l-aħħar snin żdiedu konsiderevolment l-istudenti li speċjalizzaw, iggradwaw u jinsabu jaħdmu mhux biss f’pajjiżna, imma f’diversi partijiet tad-dinja.  Anzi, kif nafu, l-industrija qegħda titlob li jkollha iktar persuni li jistudjaw.  L-ekonomija tagħna trid iktar studenti milli għandna.  U min jaf id-dinja ta’ dawn il-gżejjer jagħraf li jekk ma taħsibx qabel, sew qabel, ma ssibx lil min lest li jiġi jaħdem miegħek.

Niftħu iktar

4.    L-istorja tal-edukazzjoni hija waħda ta’ suċċess.  Sewwa għamilna li, minkejja dak kollu li kellna ma’ wiċċna, ma waqafniex “ninvestu” fiha.  Ħadna ħsieb li naraw li nżidu l-għodda, anke jekk dawn jiswew iktar.  Ħadna ħsieb li ma nixxaħħux u nagħtu kull opportunità lil kull persuna li tistudja.  Miftuħa fiż-żmien u fl-istituzzjonijiet.  Anzi, ngħid li hemm lok għal iktar ftuħ.  Dak li nfaqna u li qed nonfqu għandna nberkuh fit-triq li twassal sabiex tħajjar bnedmin jistudjaw.  M’għandux ikun hemm ħitan li jżommu lil dak u lill-ieħor milli jistudja.  Għandu jkun hemm bibien miftuħin u l-flus m’għandhomx ikunu pre-rekwiżiti għad-dħul.

Jibni u jipprepara

5.    Wieħed irid ukoll jgħid li l-Istat Malti ħa ħsieb jinvesti sew, mhux biss fl-iskejjel tiegħu, imma f’dawk li nsejħu ‘privati’.  Fit-tnejn immoru tfal ta’ Maltin u Għawdxin.  Fit-tnejn irridu nassiguraw li jkun hemm aktar opportunitajiet, iktar preparazzjoni u formazzjoni.  Ebda settur ma jista’ jgħid li ma jippreparaw tajjeb lill-istudent.  Anqas li m’għandux l-għodda tajba biex isawwar u jbaskat.  Għandna, iva, preġudizzji.  Imma l-esperjenza turi l-kontra.  L-esperjenza turi li l-pajjiż qiegħed fi proċess kontinwu.  Qiegħed il-ħin kollu jibni u jipprepara.  U m’għandniex naċċettaw it-teorija li l-istudenti fi skejjem mhux tal-Istat huma aħjar minn dawk li jmorru fihom.

Storja ta’ suċċess

6.    L-edukazzjoni f’pajjiżna hija storja ta’ suċċess.  Hija hekk għax hija miftuħa għal kull persuna, ġejja minn fejn ġejja, u għandha liema età jew sess.  Id-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-passat kien hemm min ried iżarmahom għar-raġunijiet żbaljati tiegħu.  Bħal min ried ineħħi l-istipendju jew jibdlu f’xi forma oħra.  Nifhem li hemm min jaraha diffiċli li jaċċetta li din irnexxiet.  Nifhem li hemm min jiddejjaq li anke min m’għandux il-flus jirnexxi.  Imma l-avvanz u l-progress soċjali tagħna m’għandniex nieħdu d-deċiżjoni żbaljata li nnaqqsuh fi triqtu.  Ma hemmx xi storja ta’ progress li tirrepeti ruħha fis-soċjetajiet kollha.  Bħal ma hemmx anqas xi mudell edukattiv li kull poplu jrid bilfors isegwi.

Nixba nisma’

7.    Nixba nisma’ kemm suppost l-affarijeit sejrin aħjar f’xi pajjiż ieħor, meta mill-qari tagħna, l-esperjenza hija kompletament il-kontra.  Bħalma xbajt nisma’ wkoll kemm ser jiġu “għorrief” minn barra biex jgħallmuna kif għandna ngħallmu.  F’dawn il-gżejjer bdejna pedamenti sodi fl-edukazzjoni.  Bnejna strutturi li jistgħu jiġu rfinati minna, imma li bażikament huma tajbin ħafna.  Għamilna ħafna sew.  Aħna għażilna li ninvestu fil-bnedmin.  Għażilna li nkomplu ninvestu f’uliedna, u sewwa għamilna, u hekk għandna nibqgħu nagħmlu.  It-talenti għandhom jiġu żviluppati u l-Istat għandu d-dmir li jassigura li dan isir.  Ikun definittivament żball kbir jekk l-Istat issa jiddeċiedi l-kontra.  Jekk xi ħadd qed jitħajjar li jġib skuża fuq is-‘suppost’ nuqqas ta’ suċċess tagħna sabiex inaqqas l-investiment, ser isibna nikkumbattuh il-kontra.  Pajjiżna mexa ‘l quddiem bl-edukazzjoni u jibqa’ jimxi jekk jibqa’ f’din il-linja.  Il-kontra jkun biss rigress u mhux progress.



BELT VALLETTA – PALAZZO PARISIO – XOGĦLIJIET FIT-TIELET SULAR




7331. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ Tielet Sular ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?

17/10/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji sabiex l-uffiċini eżistenti jiġu refurbished.

Seduta  148
24/10/2018


ESEBIZZJONI TAL-PITTURI LI JINSABU FL-ARKIVJI




7330. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-pitturi kollha li jinsabu fl-arkivji tagħna, jiġu esebiti? 

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-ebda mużew ma jesibixxi l-pitturi kollha fi ħdan il-kollezzjoni tiegħu, għal għadd ta’ raġunijiet, li fost oħrajn jinkludu spazju, kwalita’ ta’ studju, konservazzjoni, u rotazzjoni ta’ opri skond wirjiet temporanji skond il-każ.

Seduta  148
24/10/2018

PITTURI RESTAWRATI






7329. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-laboratorju tar-restawr tal-pitturi ta’ Heritage Malta jirrestawra kostantement pitturi mill-mużewijiet kollha amministrati minnha. Madankollu l-enfasi tvarja skont il-proġetti ewlenin li jkunu għaddejjin. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi li se tkun esibita fil-mużew ġdid il-MUZA, filwaqt li fis-snin li ġejjin l-enfasi se tkun fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi tal-Palazz tal-Gran Mastru, fost l-oħrajn.

Seduta  148
24/10/2018


KUNSILL TAL-EWROPA - EUROPEAN CONVENTION ON SPECTATOR VIOLENCE AND MISBEHAVIOUR AT SPORTS EVENTS AND IN PARTICULAR FOOTBALL MATCHES- TRATTATI




7328. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 120 - European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches, tiġi fis-seħħ?

17/10/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar jekk Malta għandiex tirratifika din il-Konvenzjoni għadu għaddej.

Seduta  148
24/10/2018


ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN - XOGĦOL




7327. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.

Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.

Seduta  148
24/10/2018



AUBERGE D’ITALIE – MUŻEW TAL-ARTI



7326. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-proġett sabiex l-Auberge d’Italie ġewwa Triq il-Merkanti l-Belt Valletta ssir mużew tal-arti? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż s’issa?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u li s’issa intefqu aktar min €6 miljun minn fondi Ewropej. Kif diġà ntqal, dan il-Muzew se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fil-ġimgħat li ġejjien.

Seduta  148
24/10/2018

KUNSILL TAL-EWRTOPA - EUROPEAN LANDSCAPE CONVENTION - TRATTATI




7325. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 176 - European Landscape Convention,  tiġi fis-seħħ?

17/10/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Seduta  147
23/10/2018

RAĦAL ĠDID – TRIQ ĦAŻ-ŻABBAR - XOGĦLIJIET





7324. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5773, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-trattattivi biex jagħtu bidu għax-xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar Raħal Ġdid ġewx konklużi jew le? 

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġà tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li se jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali se jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.

Seduta  147
23/10/2018

FGURA – TRIQ ID-DEJMA – LANDSCAPING TARROUNDABOUT




7323. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6865 dwar landscaping tar-roundabout f’Triq id-Dejma Fgura, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm din ġiet tiswa?

17/10/2018

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur bagħat il-claim għall-pagament ta’ €9,753.60, għax-xogħol ta’ landscaping tar-roundabout fi Triq id-Dejma, Tarxien, fit-18 ta’ Ottubru 2018. Fil-frattemp qed isiru l-verifiki neċessarji mid-Dipartiment sabiex ikun jista’ jinħareġ il-kont finali biex ikun jista’ jsir il-ħlas neċessarju.

Seduta  147
23/10/2018

L-ISLA – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZZJATTIVI




7322. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ttieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika tal-belt Senglejana u jekk le jistgħux jittieħdu?

17/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
·              Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.  Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
·              Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
·              Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
·              Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.

Seduta  147
23/10/2018


BORMLA – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZZJATTIVI




7321. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jissellfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Bormla u jekk le jistgħux jittieħdu? 

17/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:
·              Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.  Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.
·              Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.
·              Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.
·              Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.
 Għat-tieni sena konsekuttiva, inġieb sponsor minn banek ewlenin sabiex jinxtraw iktar kotba għall-komunità.

Seduta  147
23/10/2018

ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-KBIRA - XOGĦOL




7320. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5398, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq il-Kbira ħa ssir sa tmiem din is-sena.

Seduta  147
23/10/2018

ĦAL TARXIEN – SELF TA’ KOTBA MIL-LIBRERIJA PUBBLIKA - INIZZJATTIVI





7319. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ittieħdux inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm iktar residenti u studenti li jisselfu kotba mil-Librerija Pubblika ta’ Ħal Tarxien u jekk le jistgħux jittieħdu?

17/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, ittieħdu inizjattivi ġodda li jinkludu:

·              Kollaborazzjoni mal-aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sessjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji.  Minn din is-sena wkoll investejna f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly.

·              Sar ftehim ukoll mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna ukoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn.

·              Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja.

·              Provdejna sapport kontinwu lil-librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lill-komunità.

Inizjattiva oħra tinkludi l-proġett pilota ta’ tmien skejjel fosthom Ħal Tarxien fejn is-sistema tal-librerija tal-iskola ser tiġi magħquda ma’ Malta Libraries u b’hekk il-komunità kollha ser tkun qed tibbenefika minn dawn ir-riżorsi.

Seduta  146
22/10/2018

L-EFFETTI TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA – RAPPORTI U RIĊERKA





7318. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u r-riċerka li saret mill-Ministeru dwar l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?

17/10/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interepellant li hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-referendum f’Ġunju 2016, li r-Renju Unit mhux se jibqa Stat Membru fl-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin (hekk kif kien imsejjaħ dak iż-żmien) nieda inizjattivi sabiex jagħraf x’inhuma l-effetti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, tal-Brexit fuq pajjiżna partikolarment l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta mar-Renju Unit.  Dan sar sabiex flimkien mal-Ministeri koncernati, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jistħarreġ jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni fid-dawl tal-eventwali konklużjoni u r-riżultat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE.

Seduta  146
22/10/2018

ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIJA - XOGĦOL





7317. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5396, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-bidu ta’ Triq Santa Marija ma’ Triq is-Sorijiet Ħal Tarxien, ġie ppjanat li ssir tul din is-sena?

17/10/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin. 

Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.


Seduta  146
22/10/2018


ASSEMBLEA TAN-NAZZJONIJIET MAGĦQUDA.




7316. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min kien akkumpanjat meta attenda għall-aħħar Assemblea tan-Nazzjonijiet Magħquda? Jista’ jinforma x’laqgħat kellu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskorsi li saru minnu? Jista’ jindika kemm kienet l-ispiża finanzjarja involuta?

17/10/2018
  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru tiegħi jien kont akkumpanjat miċ-Chief of Staff u mis-Segretarju Privat li vvjaġġaw minn Malta,filwaqt li f’kull laqgħa li kelli kien hemm prezenti jew l-Ambaxxatur li jinsab fi New York jew xi uffiċċjal ieħor mill-istess Rapprezentanza.

Dawn huma il-laqgħat li kelli:

1)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHCR bit-tema: The Global Compact for Refugees – A greater solidarity and cooperation
2)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNICEF u Rapprezentant tas-SG tal-UN ghaz-Zghazagh bit-tema: Youth 2030
3)           Attendejt u pparteċipajt fl-EU Foreign Ministers Meeting fejn is –sitwazzjoni fil-Libya u fis-Syria gew diskussi
4)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNCTAD, Marokk u Rwanda  bit-tema: Migration and Structural Transformation in Africa
5)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mis Segretarju Generali tal-UN bit-tema: Action for Peacekeeping
6)           Attendejt u pparteċipajt fit –Transatlantic Dinner organizzat mill- Istati Uniti tal-Amerika
7)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Unjoni Ewropeja bit-tema: Syria
8)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UNHR, Franza, Germanja, Repubblika tal-Korea u Costa Rica bit-tema: Declaration of Human rights- A prevention tool to achieve peace adn sustainable development
9)           Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- UN Global Compact Office  bit-tema: Africa Open for Business
10)         Attendejt u pparteċipajt fil-Commonwealth Foreign Affairs Minsiters Meeting (CFAMM) organizzat mill- Commonwelath Secretariat
11)         Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Liechtenstein bit-tema: Ensuring justice for Syria and the role of the International, Impartial and Independent Mechansism (IIIM) in the process
12)         Attendejt u pparteċipajt f’Event organiżżat mill- Commonwealth Africa Initiative bit-tema: Africa Forum- Sustaining a peaceful and prosperous Africa
13)         Event organizzat mill-Istati Unit tal-Amerka bit-tema: Global Call to Action on the World Drug Problem fejn Malta issieħbet ma’ bosta pajjiżi oħra fid-Dikjarazzjoni mahruga ghal din l-okkazjoni

Għall-ewwel darba waqt id-Dibattitu Ġenerali tan- Nazzjonijiet Maqgħuda, Malta f’kollaborazzjoni mat-Tuneżija, Franza,  l-Unjoni Ewropeja u l- International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) organiżżat Event bit-tema: Giving voice to evidence- oercoming a distorted narrative on migration  towards evidence based migration policy development

Il-laqgħat bilaterali li kelli huma s-segwenti:

Kelli laqgħat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tas-São Tomé & Príncipe l-E.T. Urbino Jose Goncalves Botelho kif ukoll mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Mikronesja l-E.T. Lorin S. Robert fejn ġew stabiliti relazzjonijiet diplomatiċi ma’dawn iż-żewġ pajjiżi. Kelli wkoll laqgħat mar-rappreżentant Għoli tas-Segretarju Ġenerali għall-Oċeani l-E.T. Peter Thomson, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, l-E.T. Mohammed Siala, mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Istati tal-Golf Għarbi (GCC) l-E.T. Abdul Latif bin Rashid Al-Zayani, mar-Rappreżentanta Għolja għat-Tfal f’Kunflitti Armati l-E.T. Virginia Gamba, mal-President tal-Anna Lindh Foundation, l-E.T. Elisabeth Guigou, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Monako l-E.T. Gilles Tonelli, mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Viet Nam l-E.T. Pham Binh Minh, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Azerbaijan l-E.T. Elmar Mammadyarov, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti David Peyman, mas-Segretarju Assistent Deputat mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti Robert Strayer u mal-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Esterni tal-India l-E.T. MJ Akbar,

Barra minn dan, akkumpanjajt  lill-Prim Ministru f’dan li ġej:

(1)          Ftuħ uffiċjali tad-Dibattitu Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda
(2)          Id-dikors ta’ Malta mogħti mill- Prim Ministru waqt id- Dibattitu Ġenerali
(3)          Event orgnaizzat mill–Assemblea tal-Ġnus Maqgħuda bit–tema: Nelson Mandela  Peace Summit,fejn il-Prim Ministru kellu diskors.

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża finanzjarja bejn it-23 u d-29 ta’ Settembru kienet tammonta għal €31,720.67

Seduta  146
22/10/2018

FGURA – TRASPORT TAL-ISKEJJEL – PICK UP U DROP OFF POINT




7313. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma u jispjega għaliex is-sezzjoni tat-trasport tal-iskejjel u l-istess Segretarjat tal-Ministeru mhux qed tappoġja tnax-il familja mill-Fgura sabiex uliedhom jiġu miġbura u mniżżla fuq tabella eżisteni ta’ Pick up u Drop off point magħmula s-sena li għaddiet mill-Kunsill Lokali tal-Fgura fi Triq San Tumas, Fgura u qed iħallu lill-operatur iwaqqaf lit-tfal fejn hu konvenjenti għalih, bil-perikli li dan iġib għalihom?

16/10/2018

 ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt informazzjoni dwar din il-mistoqsija mid-Dipartiment konċernat. Malli tingħatali aktar informazzjoni nkun nista’ npoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  146
22/10/2018

UNIVERSITá – KORS TAD-DOTTORAT FIL-MEDIĊINA WARA KORS TAL-B.SC. BIOLOGY




7312. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk jistax jikkonferma li l-istudenti li ggradwaw fil-B.Sc. Biology u li ngħataw l-istipendju matul il-kors tagħhom, u issa li se jsegwu kors fid-Dottorat fil-Mediċina M.D. (tobba) mhumiex se jkunu ntitolati għall-istipendju? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika r-raġunijiet?

16/10/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li kif stabbilit fl-Artiklu 13 tal-Avviż Legali 308 tal-2006 studenti li jkunu qed isegwu t-tieni kors jew kors sussegwenti fuq livell magħruf aktar baxx jew wara li jkunu lestew jew parzjalment segwew kors ieħor ta’ studji fuq l-istess livell ma jkunux intitolati li jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għal dak il-perjodu ta’ żmien li hu ekwivalenti għall-perjodu li jkunu għamlu fil-kors ta’ studju preċedenti, jekk għal dak il-kors ta’ studju preċedenti kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti.

Matul it-tieni kors jew dak sussegwenti dawn l-istudenti jkunu intitolati biss għall-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti għall-perjodu ta’ żmien li jkun għad jonqos wara tmiem il-perjodu tal-kors preċedenti jew għad-differenza fl-ammont tal-għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jekk għat-tieni kors jew dak sussegwenti l-ammont ta’ għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti jkunu ogħla.

Dan jgħodd għal studenti li ggradwaw fil-BSc Biology u li ngħataw għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti matul l-ewwel kors tagħhom peress dawn jitqiesu fl-ambitu ta’ dan ir-regolament.

Seduta  146
22/10/2018

20.10.18

ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA – DISKUSSJONIJIET U ANALIŻI



6920. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista’ l-Ministru tgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?

20/09/2018

  ONOR. HELENA DALLI:  Wara li twaqqaf Unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit. F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
-              Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’ Brexit li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
-              ¯amm kuntatt kontinwu mat-Task Force mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
-              ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn in-negozjati;     
-              Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
-              Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
-              Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li Brexit jista’ jkollu f’setturi differenti;
-              Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
-              Kien parteċipi f’laqgħat tat-Task Force tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfabiex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
-              Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’ Brexit jista’ jkollhom;
-              Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;
-              Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija Identity Malta biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
-              Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;

F’din il-ħidma, l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.

Seduta  145
17/10/2018

ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW MILL-MINISTERU



6919. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba’ snin u tista’ tindika l-iskala tagħhom?

20/09/2018

  ONOR. HELENA DALLI:  Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Seduta  145
17/10/2018

ĦADDIEMA LI RRIŻENJAW MILL-MINISTERU




6918. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-Ministeru tul dawn l-aħħar erba’ snin u jista’ jindika l-iskala tagħhom?

20/09/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.




Substantive Grade
Scale
Total of Employees
First Counsellor
5
1
First Secretary
9
5
Second Secretary
10
2
Communications Secretary
on contract
1
Resigned in 2014
9
2015
Scale
Total of Employees
Ambassador on Contract
3
2
First Counsellor
5
3
Counsellor
7
3
ICT Support Officer
7
1
Officer in Scale 7
7
1
EU Fund Officer
9
1
First Secretary
9
5
Secretariat Pool
10
1
Senior Clerk
14
1
Casual Substitute Clerk
16
1
Clerk
16
1
General Hand Scale 19
19
1
Resigned in 2015
21
2016
Scale
Total of Employees
Ambassador
3
1
Officer in Scale 5
5
1
Counsellor
7
1
Principal
7
1
First Secretary
9
6
Policy Officer
9
6
Resigned in 2016
16
2017
Scale
Total of Employees
First Counsellor
5
1
EU Fund Officer
9
1
Policy Officer
9
4
Principal
9
1
Clerk
16
1
Resigned in 2017
8
2018
Scale
Total of Employees
First Secretary
9
3
Programme Officer
9
1
EU Security Coomunicator
10
1
Principal Security Officer
11
1
Clerk
15
1
EC-Las Liaison Officer
On contract
1
Adviser
On contract
1
Resigned in 2018
9



Seduta  144

15/10/2018








UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...