27910. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16561, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fl-appartamenti ta’ Triq il-Ġnien, f’Santa Luċija u kemm ġew jiswew?
02/05/2025
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-blokok
numerati 1 sa 7 fi Triq il-Ġnien, li jinkludu l-faċċati tal-binjiet, bjut u
partijiet komuni tat-taraġ, b’proġett stmat li jiswa €522,900 li minnu diġà
tħallsu €204,600.
Seduta 338
06/05/2025
No comments:
Post a Comment