28181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26979 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25533, jista’ l-Ministru jgħid xi progress ulterjuri kien hemm fix-xogħol relattiv f’Bighi, fil-Kalkara?
09/05/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lil Onor.
Interpellant illi dawn ix-xogħolijiet maqsumin fi 3 partijiet, għalkemm
ix-xogħol għaddej fl-istess ħin. Fl-ewwel parti għandna ix-xogħol b’emerġenza
fin-naħa tax-Xjenza Malta fejn emendajna u ffinalizzajna d-disinn minħabba
l-limitazzjonijiet tal-post u l-inġenji.
It-tieni parti hija dik tal-bini tal-moll fin-naħa ta’ Heritage Malta.
Id-disinn huwa finalizzat u l-approvazzjoni mill-entitajiet kollha waslet.
Rigward it-tender għall-istabbilizzazzjoni u r-restawr tal-ħitan storiċi
f’Bighi mistenni jiġi ppublikat fiż-żmien li ġej.
Seduta 342
14/05/2025
No comments:
Post a Comment