27914. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar xogħlijiet fi Triq it-Tarzna f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti?
02/05/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant lix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid,
ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti, tibdil
ta’ servizzi kif ikun mitlub mill-entitajiet rispettivi u s-saffi tal-asfalt
tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji
meħtieġa.
Seduta 338
06/05/2025
No comments:
Post a Comment