*27932. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet huma previsti għal Triq San Ġużepp, f’Ħal Tarxien/Raħal Ġdid?
02/05/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant lix-xogħlijiet
jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini,
it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti, tibdil ta’ servizzi kif ikun mitlub
mill-entitajiet rispettivi u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq
flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Seduta Numru 341
13/05/2025
No comments:
Post a Comment