27926. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi beħsiebhom jittieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Gudja biex is-siġar taż-żebbuġ li jinsabu fil-lokalità jiġu nnumerati u l-istess żebbuġ jinġabar u ma jintilifx?
02/05/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li
l-Kunsill Lokali tal-Gudja ser ikun qed jara li jinnumera s-siġar kollha
taż-żebbuġ b’tag apposta. Rigward
l-ġbir taż-żebbuġ, matul ix-xahar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru,
il-Kunsill ser ikun qed jorganizza inizjattiva fil-lokalità sabiex ir-residenti
jiġu mħeġġa jiġbru ż-żebbuġ li hemm f’diversi żoni fil-Gudja. Il-Kunsill ser
ikun qed jipprovdi l-għodda neċessarja biex dan ikun jista’ jsir.
Seduta 340
12/05/2025
No comments:
Post a Comment