6.5.25

MARSAXLOKK - TRIQ L-ARŻNELL - XOGĦLIJIET

27532. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq l-Arżnell, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?

 

21/04/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li fi Triq Arżnell sar xogħol ta’ tqegħid ta’ kejbils. Bħalissa għaddej rinnovament sħiħ tat-triq, inkluż il-bankini u l-asfalt.

 

Seduta  335

29/04/2025

No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...