6.5.25

PAOLA HUB - FTUĦ

26975. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21193 jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-ftuħ tal-Paola Hub?

 

28/03/2025

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li wara t-terminazzjoni tal-kuntratt, l-FMS nidiet proċess separat biex jiġu ngaġġati diversi kuntratturi u hekk jinġiebu ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa għall-ftuħ taċ-Ċentru Reġjonali ta’ Raħal il-Ġdid. B’riżultat ta’ dan, bdew xogħolijiet fuq il-post biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti u jiġi żgurat li l-faċilità tkun konformi mal-istandards kollha applikabbli.

 

Seduta  334

28/04/2025

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...