*27930. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar Triq Paola, f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet laħqu saru matul din is-sena u kemm intefqu flus għalihom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xogħol ulterjuri ieħor li huwa previst li ser isir?
02/05/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninfroma lill-Onor. Interpellant li x xogħlijiet f’din
it-triq qed isiru f’fażijiet differenti b’konsultazzjoni kontinwa mall-Kunsill
Lokali. L-ewwel fażi kienet marbuta ma’ xogħlijiet ta’ trinek biex tissaħħaħ
il-provvista tal-elettriku fiż-żona, liema xogħlijiet kienu b’kollaborazzjonii
bejn Infrastructure Malta u Enemalta. Saru wkoll xogħlijiet ta’ asfaltar
temporanju sabiex it-triq tkun fi stat aċċettabli għat-traffiku li jgħaddi minn
din it-triq ta kuljum. Eventwalment se ngħaddu għall-aħħar fażi li hija pjanata
tibda wara ċ-ċelebrazzjonijet tal-festa u li se jkunu qed jinvolvu wkoll
xogħlijiet maġġuri inkluż servizzi fi Triq Paola. Hekk kif dan il-proġett ikun
kompletat, isir il-kejl kollu neċessarju sabiex tiġi kwantifikata l-ispiża
globali.
Seduta Numru 341
13/05/2025
No comments:
Post a Comment