26974. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex persuni li jgħixu f’Pembroke jingħataw preferenza u assigurazzjoni li jsibu post fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom invista tal-influss qawwi ta’ ħaddiema li qed imorru fuq il-proġetti li għaddejjin bħalissa?
28/03/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke li
huwa konxju tas-sitwazzjoni, iżda jħoss li ma jistax jiddiskrimina bejn
residenti u ħaddiema. Il-ħaddiema li jaslu kmieni jipparkjaw f’żoni jew
parkeġġi li jsibu vojta jew li jkunu ġew vakati meta r-residenti jmorru jaħdmu
barra mill-lokal. Bil-maqlub ta’ dan, jiġri fi tmiem il-ġurnata tax-xogħol,
meta l-ħaddiema li jkun ħadmu fil-lokal jirritornaw lejn djarhom, u b’hekk
ivakaw diversi postijiet, li jimtlew mir-residenti li jirritornaw lura
fil-lokal wara l-ġurnata tax-xogħol tagħhom.
Seduta 334
No comments:
Post a Comment