27923. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema knejjes ġew restawrati jew kienx hemm għajnuna għall-konservazzjoni tagħhom matul dawn l-aħħar tliet snin fil-lokalità taż-Żejtun? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża totali sa issa?
02/05/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li matul
dawn l-aħħar tliet snin ġew restawrati dawn il-knejjes fil-lokalita’
taż-Żejtun:
· Kappella ta’ San Klement
– restawr minn barra (taħt l-Iskema tar-Restawr tal-Kunsilli Lokali 2022/23).
Nefqa ta’ Eur11,037.35 għal xiri ta’ materjal, bir-restawr isir minn ħaddiema
tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni.
· Parroċċa ta’ Santa
Katerina – restawr tal-faċċata ta’ wara (li tagħti fuq Pjazza Diċembru 13).
Nefqa ta’ Eur112,697.79, bir-restawr isir minn kuntrattur wara sejħa
għall-offerti.
Barra minn hekk, ftit tal-ġimgħat ilu inbeda ukoll ir-restawr minn barra
tal-Kappella ta’ Santa Marija f’Misraħ Santa Marija (taħt l-Iskema tal-Kunsilli
Lokali 2024-25).
Seduta 340
12/05/2025
No comments:
Post a Comment