27531. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq l-Arżnell, f’Marsaxlokk u x’fadal isir matul din is-sena?
21/04/2025
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li x-xogħlijiet li saru fi Triq L-Arznell jinkludu t-tqegħid ta’
cables biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl, l-installazjoni
ta’ żewġ mejnijiet tal-ilma tax-xorb ġodda, t-tibdil tas-soqqfa tal-manholes tad-drenaġġ u bini mill-ġdid
tas-sodda ta’ triq li tinkludi bankini ġodda, parkeġġi tal-konkos u formazzjoni
tat-triq.
Sadanittant ix-xogħlijiet minn Triq il-Kavalerizza sa Triq il-Luzzu huma
lesti u jonqoshom l-aħħar saff ta’ asphalt, filwaqt li jonqos il-bini mill-ġdid
tas sodda ta’ triq minn Triq il-Luzzu sa Triq iż-Żejtun.
Seduta 335
29/04/2025
No comments:
Post a Comment