6.5.25

BIGHI – SMOKING ROOM - RESTAWR

26977. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25037, jista’ l-Ministru jgħid x’progress sar fir-rigward tal-iSmoking Room f’Bighi?

 

28/03/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istruttura tal-ġebel tal-iSmoking Room f’Bighi issa tinsab kollha postha u waslet fil-fażi finali ta’ restawr.  Kif jitlesta dan ix-xogħol jibda jintrama s-saqaf ta’ l-injam.  Dan il-proġett ta’ restawr huwa wieħed partikolari għaliex fil-kostruzzjoni ta’ din il-binja hemm taħlita ta’ tlett materjali: il-ġebla tal-franka, ħadid u injam. L-użu tal-ħadid ikkawża diversi ħsarat fil-ġebel, filwaqt li l-injam ġratlu ħafna ħsara minħabba l-ambjent li kien jinsab fih.

Il-filosofija ta’ restawr li qed tiġi addottata mill-professjonisti ta’ Heritage Malta, hija dik li jissalva dak kollu possibbli mill-materjali oriġinali. Proċess bħal dan jieħu ħafna aktar żmien milli kieku wieħed jieħu deċiżjoni li jaqbad u jibdel b’materjali ġodda, speċjalment fejn jidħol xogħol ta’ lavur fil-ġebla u elementi tal-injam.

 

Seduta  335

29/04/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...