6.5.25

RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-KNISJA - XOGĦLIJIET

27534. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid u x’fadal isir matul din is-sena?

 

21/04/2025

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fi Triq il-Knisja, f’Raħal Ġdid ġew maqsuma f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi minn Triq il-Qalb ta’ Ġesu sa Triq is-Sorijiet, filwaqt li t-tieni fażi minn Triq is-Sorijiet sa Triq Sir Temi Zammit.

Ix-xogħlijiet tul it-triq kollha jikkonsistu minn konnessjonijiet mill-ġdid tal-provvista tal-ilma tax-xorb, tneħħija tal-asfalt l-antik u kisi tat-triq b'wiċċ t'asfalt ġdid. Il-konnessjonijiet tal-ilma tax-xorb ser ikun mgħoddi minn ġol-bankini, u għaldaqstant, dawn ser jiġu mibnijja mill-ġdid.

L-ewwel fażi mistennija tkun lesta din il-ġimgħa, u tinkludi l-aħħar saff t’asfalt. Wara jibda’ x-xogħol fuq it-tieni fażi.

Seduta  336

30/04/2025

No comments:

IMTIEĦEN - RAPPORTI

29302. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-misto...