16.3.23

MARSA – TRIQ ALDO MORO – WAQFIEN FIT-TRAFFIKU

6517. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6360 u jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni jew rapport ippreparat wara li kien hemm waqfien fit-traffiku nhar it-Tnejn 6 ta’ Frar 2023 mit-3.30 p.m sas-6.30 p.m fi Triq Aldo Moro, il-Marsa u t-toroq l-oħrajn? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu sabiex it-traffiku li weħel f’diversi partijiet tal-gżira, l-iktar fin-naħa t’isfel, jiġu mċaqilqa fuq toroq oħrajn?

 

16/02/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kompitu tal-Pulizija li jagħmlu investigazzjoni ta’ kif ġara il-każ, u jekk ikun il-każ is-segwenti passi li għandhom jittieħdu.

 

Infurmat ukoll li Transport Malta ħadet azzjoni immedjata meta ġara l-inċident billi ġew assenjati l-uffiċjali tas-sezzjoni tal-muturi u l-operational response unit assistiti mill-Pulizija u LESA f’postijiet strateġiċi sabiex jiġi devjat u maniggjat it-traffiku.  Bl-assistenza tal-uffiċjali ta’ Transport Malta u l-entitajiet l-oħra, it-triq bi tliet karreġġjati nżammet dejjem miftuħa fuq karreġġjata waħda. Meta ippermetta, u  kien possibbli it-triq bdiet taħdem fuq żewġ karreġjati u biex jitnaqqass il-volum ta’ traffiku fi żona milquta saru devjazzjonijiet  fit-toroq tal-madwar fejn prinċiparjament:

 

Ġie devjat it-traffiku li kien gej mis-South minn Santa Luċija lejn Triq Garibaldi u jkompli ghal hdejn ic-Ċimiterju tat-torok ghall-Hal Qormi lejn Marsa-Hamrun bypass, kif ukoll lejn Ħaż-Żebbuġ.

 

Ġie devjat  parti mit-traffiku li kien ġej minn Triq Aldo Moro għal mar-roundabout imsejħa tas-suffarini lejn Albert Town, il-Menqa u Blata l-Bajda.

 

Seduta  92

27/02/2023

No comments:

IL-MEDJAZZJONI F'PAJJIŻNA

1. Huwa dejjem tajjeb li dawk li jispiċċaw, jew jafu li ser jispiċċaw f’kawża, ikollhom mod ta’ kif jaslu fi ftehim qabel. Fis-sistema...