5070. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Santa Luċija tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’xogħol beħsiebu jsir din is-sena?
06/01/2023
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
l-lokalità ta’ Santa Luċija hemm provdut is-servizz ta’ Pulizija tal-Komunità,
kif ukoll bir-ronda regolari permezz ta’ uffiċjali b’vetturi tad-distrett u
dawk tal-RIU. B’hekk jintlaħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha
tal-pulizija f’din il-lokalità. L-għassa tal-Pulizija f’Santa Luċija tinfetaħ
skont l-esiġenzi tas-servizz. Hemm Sistema elettronika installata mal-istess
għassa, fejn il-pubbliku jista’ jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, biex tiġi koordinata kull assistenza mitluba.
Huwa pjanat li l-għassa ta’ Santa Luċija ser tiġi konvertita f’hub
għall-vittmi tal-vjolenza domestika biex b’hekk jitlaħħaq is-servizz li
bħalissa toffri t-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza
Domestika għan-nofsinhar ta’ Malta. Pjanat ukoll illi l-istess għassa tospita
l-Pulizija tal-Komunità għal-lokalitajiet ta’ Santa Luċija u Raħal Ġdid.
Għaldaqstant huwa mistenni li jsiru xogħlijiet ta’ rinovar, interni kif ukoll
esterni, biex jintlaħħqu l-miri u bżonnijiet imsemmija.
Seduta 74
11/01/2023
No comments:
Post a Comment