28.3.23

BANEK – TNEĦĦIJA TA’ KONTIJIET BANKARJI

5685. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex jigi protett il-konsumatur in vista tal-fatt li membri varji mill-komunità kummerċjali sabu li numru ta’ banek qegħdin ineħħu kontijiet bankarji b’deċiżjonijiet unilaterali mingħajr ma jkun ingħata pre-avviż?

 

26/01/2023

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MFSA ma rċevietx ilmenti f'dan ir-rigward.

 

Madankollu, jekk kemm-il darba l-Awtorità tiġi a konjizzjoni ta' prattiċi li jippreġudikaw kljienti ta’ servizzji finanzjari jew tirċievi lmenti f’dan is-sens, din tieħu l-passi neċessarji skont il-każ u s-setgħat mogħtija lilha skont il-liġi viġenti.

 

Seduta  82

30/01/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...