28.3.23

RAĦAL ĠDID – PJAZZA QUDDIEM IL-KNISJA TA’ GĦAJN DWIELI - XOGĦLIJIET

6354. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?

 

09/02/2023

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata l-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u l-balavostri jistgħu jinbidlu.

 

Seduta  89

14/02/2023

No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...