5072. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jara u jassigura li jkun hemm iktar membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn, billi hemm iktar bżonn fil-lokalità li qiegħda tkompli tikber sew?
06/01/2023
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi
t-tqassim tal-membri tal-Korp isir skont l-esiġenzi tal-Korp u n-neċessitajiet
oħra li jkun hemm bżonn fl-aħjar interessi tal-istess tal-pubbliku u s-soċjetà,
dan jinkludi wkoll il-bżonnijiet tal-Pulizija li jirrigwardaw il-lokalità ta’
Wied il-Għajn, liema lokalità hi koperta wkoll mill-Pulizija tal-Komunità kif
ukoll mir-ronda regolari tal-RIU barra minn uffiċjali stazzjonati fl-għassa.
Seduta 76
16/01/2023
No comments:
Post a Comment