28.3.23

MINISTRU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI – SAFAR FUQ XOGĦOL MINISTERJALI

5687. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda tul is-sena li għaddiet laqgħat barra minn pajjiżna inkonnessjoni max-xogħol ministerjali? Jista’ jindika wkoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

 

26/01/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru siefer 12-il darba fis-sena 2022. Akkumpanjaw lill-Ministru 2 jew 3 delegati skont il-bżonnijiet tax-xogħol. L-ispiża totali kienet ta’ €98,565.06, l-akkomodazzjoni kienet ta’ €47,208.07 u l-biljetti tal-ajru u spejjes oħra €39,559.21. Minnhom tħallsu €6,149.89 mill-Presidenza Franciza u €5,647.89 mill-Presidenza tar-Republika Ċeka. Barra minn dan, rimborż fuq biljetti tal-ajru €6797 u rimborż fuq akkomodazjoni €1036 huwa dovut mill-UE.

 

Seduta  82

30/01/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...