6516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-Ministeru marrux jaraw it-tappiera li hemm fil-bidu ta’ Triq Ninu Cremona, Raħal Ġdid billi qiegħda tagħti fastidju bil-ħoss kull darba li jgħaddu l-karozzi minn fuqha?
16/02/2023
ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6516 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 91
No comments:
Post a Comment