28.3.23

WIED IL-GĦAJN – TRIQ LA SENGLE – XOGĦOL TA’ ASFALTAR

5957. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq La Sengle, f’Wied il-Għajn, hux se tiġi asfaltata mill-ġdid billi sejra lura?

 

02/02/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill lokali ta’ Marsaskala li l-Kunsill Lokali talab lill-entita kkonċernata sabiex Triq La Sengle tkun l-ewwel triq li ssir. Dan minħabba li hemm problema kbira fis-sub-base ta’ din it-triq.

 

Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali rispettiv minn naħa tiegħu kien diġà ta t-tarmac lil din it-triq madwar sitt snin ilu.

 

Intant infurmat ukoll li l-Kunsill ghandu l-intendiment illi jagħmel il-manutenzjonijiet tal-emerġenza meħtieġa bil-cold asphalt sakemm tiġi mibnija mill-ġdid din it-triq minn l-entità kkonċernata.

 

Seduta  86

07/02/2023

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...