27.3.23

ĦAL TARXIEN – GĦASSA TAL-PULIZIJA

5067. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jara li l-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Tarxien tinfetaħ iktar spiss u jindika x’xogħol ta’ manutenzjoni sar is-sena li għaddiet u x’xogħol beħsiebu jsir din is-sena?

 

06/01/2023

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi l-lokalità ta’ Ħal Tarxien hemm provdut is-servizz ta’ Pulizija tal-Komunità, kif ukoll bir-ronda regolari permezz ta’ uffiċjali b’vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU. B’hekk jintlaħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija f’din il-lokalità. L-għassa tal-Pulizija f'Ħal Tarxien tinfetaħ skont l-esiġenzi tas-servizz. Hemm sistema elettronika installata mal-istess għassa, fejn il-pubbliku jista’ jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, biex tiġi koordinata kull assistenza mitluba. Infurmat illi waqt li x-xoghol ta' rinovar u manutenzjoni ta' għases isir regolari, bħalissa mhux qed isir rinovar f'din l-għassa.

 

Seduta  74

11/01/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...