27.3.23

ĠONNA F’MALTA LI L-AMMINISTRAZZJONI TAGĦHOM TAQA’ TAĦT IL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA

5063. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3365, tista’ l-Ministru tgħid x’passi jew programmi ttieħdu jew se jittieħdu tul din is-sena dwar il-Buskett u ċjoè x’manutenzjoni u ammeljoramenti?

 

06/01/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Bħala parti mill-ħidma l-ġdida għal din is-sena fil-Buskett, se tkun qed issir ħidma biex tiżdied is-sigurtà u dan permezz tal-installazzjoni ta’ numru ta’ kameras tas-sigurtà. Se jitkompla x-xogħol fuq il-kamra agrarja, li se tkun qed tiġi konvertita f’ċentru għal edukazzjoni ambjentali dwar il-Buskett.

 

Infakkar lill-Onor. Interpellant illi barra minn hekk, hemm il-ħidma ta’ kuljum biex il-Buskett jinżamm nadif. Fost oħrajn, dan ix-xogħol jinkludi tindif, iż-żbir tas-siġar, tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, l-immaniġġar tas-sistemi ta’ irrigazzjoni u xogħlijiet fuq ħitan tas-sejjieħ u ġibjuni skont il-ħtieġa.

 

Seduta  73

10/01/2023

No comments:

TISLIMA - APPREZZAMENT - PERIT MICHAEL FALZON

1. Ma kontx ngħid li ser nikteb dwaru. Kont għadni kif segwejt il-programm Xtra , li fih kien deher fost numru ta’ persuni oħra jiddis...