28.3.23

GUDJA – TRIQ DE WARSBERGH - TISWIJA

5694. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jittieħdu passi biex Triq De Warsbergh fil-Gudja tiġi rranġata u jekk le, jista’ jara li jiġi redatt pjan għaliex is-sitwazzjoni ta’ din it-triq qed tikkawża tbatija lir-residenti?

 

26/01/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq qed isservi bħala devjazzjoni tat-traffiku minħabba l-proġett ta’ madwar l-ajruport. Nikkonferma li din it-triq qiegħda fuq il-lista ta’ prijorità tagħna biex jibdew ix-xogħlijiet fuqha malli jitlesta l-proġett tal-KTAIP.

 

Seduta  84

01/02/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...