28.3.23

MINISTRU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL – LAQGĦAT IN KONNESSJONI MAX-XOGĦOL MINISTERJALI

5163. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda laqgħat barra minn pajjiżna in konnessjoni max-xogħol Ministerjali tul is-sena li għaddiet?  Jista’ jgħid ukoll min akkumpanjah u kemm kienu l-ispejjeż relattivi tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni?

 

12/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjonijiet li assistew lill-Ministru kienu dawk skont il-bżonnijiet  ta’ xogħol konness mas-safar.

 

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali fuq il vjaġġi kienet ta’ €27,884 (€1,990 minnhom tħallsu mil-Presidenza ta’ Praga) waqt li dawk tal-akkomodazzjoni kienu ta’ €6,974.

 

Seduta  76

16/01/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...