5068. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2931, jista’ l-Ministru jgħid meta x-xogħlijiet fuq l-ilqugħ tal-ħadid li hemm fix-Xatt tax-Xgħajra effettivament se jibda billi diġà bdew jaqgħu biċċiet minnhom u hemm oħrajn li fihom sadid avvanzat?
06/01/2023
ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI: Ninforma lill-Onor. Interpellant
li x-xogħol ta’ manifattura bi preparazzjoni għall-bdil ta’ partijiet
mill-ilqugħ tal-ħadid inbeda fl-aħħar kwart tal-2022 u bħalissa x-xogħol
qiegħed għand il-kuntrattur għall-powder coating. Lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar
se tinqala’ l-parti l-qadima biex wara tiswijiet fis-sottobank jeħel l-ilqugħ
tal-ħadid il-ġdid. Huwa mistenni li fi Frar tibda ssir manutenzjoni fuq
partijiet li għadhom f’kundizzjoni tajba biex aktar tard matul din is-sena
jkompli jiġi manifatturat l-ilqugħ tal-ħadid li jrid jinbidel.
Seduta 74
11/01/2023
No comments:
Post a Comment