28.3.23

ŻEJTUN – BENEFIĊĊJARJI TA’ PENSJONIJIET

5168. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti ż-Żejtun qegħdin jibbenefikaw minn xi forma ta’ pensjoni u jindika s-sess tal-istess?

 

12/01/2023

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2,678 persuna li bbenefikaw minn pensjoni tas-sigurtà soċjali. Minnhom kien hemm 1,491 raġel filwaqt li kien hemm 1,187 mara.

 

Seduta  77

17/01/2023

No comments:

SANTA LUĊIJA - INFRASTRUCTURE MALTA - SPIŻA FUQ TOROQ

31629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid...