27.3.23

IL-BELT VALLETTA – KNISJA TA’ SANTA BARBARA – RESTAWR

5039. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol ta’ restawr neċessarju fil-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta  tul din is-sena jew jekk hix ser tiġi inkluża fil-lista tal-istess bħala prijorità?

 

05/01/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr li m’hemmx pjanijiet li jsir restawr fuq il-Knisja ta’ Santa Barbara l-Belt Valletta matul din is-sena minħabba l-fatt li hemm lista ta’ proġetti oħrajn li jieħdu preċedenza fil-prijorità.

 

Madankollu mhux eskluż li tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa fiċ-ċirkostanzi.

 

Seduta  72

09/01/2023

No comments:

MORAL COMPASS

1. Segwejthom flimkien u wara fi triqithom. Bnedmin li mmarkaw perjodu partikolari tal-politika Ingliża. Dawk li nfluwenzaw fl-użu partikola...