29.3.23

GĦAWDEX – KERĊEM - GĦADIRA TA’ SAN RAFFLU

6838. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6356, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta’ monitoraġġ tal-Għadira ta’ San Rafflu?

 

02/03/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif indikat fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6356, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma u l-ekoloġija fl-Għadira ta’ San Rafflu huwa għaddej bħalissa. Għaldaqstant, ir-rapport marbut ma’ dan il-monitoraġġ ikun jista’ jiġi ppreżentat meta tiġi konkluża l-evalwazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

 

Seduta  95

06/03/2023

No comments:

BORMLA - PJAZZA GAVINU GULIJA – TISWIJA TA’ ĊANGATURA

26964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...