29.3.23

MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ – LAQGĦAT FL-UE

7211. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

 

13/03/2023

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mistenni nattendi għal laqgħat oħra f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kif jidher hawn taħt:

Fl-2023 attendejt għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saru fit-23 ta’ Jannar, l-20 ta’ Frar u l-20 ta’ Marzu, għal dan tal-aħħar ipparteċipajt ukoll fil-Forum Umanitarju Ewropew kif ukoll laqgħa konġunta mal-Ministri tad-Difiża. Barra minn hekk, attendejt ukoll għal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali fil-21 ta’ Marzu.

Fid-9 ta’ Jannar 2023 iltqajt għall-ewwel darba mal-Ministru Ġermaniż għall-Ewropa u l-Klima fi ħdan l-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin, l-E.T. Dr. Anna Lührmann, f’Malta.

Nhar it-22 ta’ Jannar 2023 iltqajt mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali tar-Repubblika tal-Awstrija, E.T. Alexander Schallenberg fil-marġini tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.

Fl-24 ta’ Jannar 2023, żort Ruma għal-laqgħat mal-Ministru Taljan tal-Intrapriżi u Made in Italy, l-Onor. Adolfo Urso kif ukoll mal-Ministru Taljan responsabbli għall-Affarijiet Ewropej, l-E.T. Raffaele Fitto.

 

Fl-25 ta’ Jannar, attendejt laqgħa tal-Ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-UE organizzata mill-Ambaxxatur Żvediż għal Malta, E.T. Andres Jato. Din il-laqgħa kienet fil-kuntest tal-presidenza Żvediża tal-Kunsill tal-UE.

 

Fl-1 ta’ Frar, kelli laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, E.T. Bogdan Aurescu.

Fit-8 ta’ Frar, iltqajt mad-Deputat Ministru għall-Finanzi tal-Litwanja, Onor. Mindaugas Liutvinska.

Fis-17 ta’ Frar 2023, attendejt għall-Konferenza tas-Sigurtà ġewwa Munich, fejn fost l-oħrajn iltqajt mad-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Olanda, l-E.T. Wopke Hoekstra, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Unjoni Ewropea u Kooperazzjoni ta' Spanja, l-E.T. José Manuel Albares Bueno, u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Italja, Onor. Antonio Tajani.

Fit-23 ta’ Frar, ippresjedejt dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus  Magħquda dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropeja u n-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell enfasizza l-impenn tal-Unjoni Ewropeja għal diversi programmi u inizjattivi tal-Ġnus Magħquda. Malta, bhala Membru tal-UE, offriet li tospita dil-laqgħa waqt il-Presidenza Maltija li seħħet fi Frar. 

Mil-20 sal-21 ta’ Marzu 2023, ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li qed jiġi organizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Iżvezja fejn għamilt intervent. Ġejt ukoll mistieden nagħmel l-intervent ewlieni f’sezzjoni tal-Konferenza bl-isem ta’ “Inżidu l-impenn għat-tfal milquta mill-kunflitti: Ħidma madwar ir-Rabta bejn il-Ħidma Umanitarja, l-Iżvilupp u l-Paċi.”

Fit-3 ta’ April se niltaqa’ mal-Kunsillier Federali u Kap tad-Dipartiment Federali tal-Affarijiet Barranin tal-Iżvizzera, E.T. Ignazio Cassis.

F’April, f’Mejju u f’Ġunju, mistenni nipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

Matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena mistenni li nattendi wkoll għal-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fl-24 ta’ April, 22 ta’ Mejju u 26 ta’ Ġunju.

Fit-12 ta' Mejju se nattendi wkoll għal-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin (magħrufa bħala Gymnich) fi Stokkolma.

 

Seduta  105

21/03/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...