16.3.23

FGURA – TRIQ IL-KAMPANELLA – XOGĦOL

6518. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6358, jista’ l-Ministru jara u jikkonsidra mill-ġdid it-talba sabiex Triq il-Kampanella, Fgura, issir, billi fil-leġiżlatura preċedenti kien hemm impenn li din se ssir?

 

16/02/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6358, Infrastructure Malta għaddejja b’konsultazzjoni mal-kunsilli lokali kollha, inkluż il-Kunsill Lokali tal-Fgura, u rċeviet lista ta’ prijoritajiet għal-lokalità. Id-diskussjonijiet mal-kunsill għadhom mhux konklużi.

 

Seduta  92

27/02/2023

No comments:

IL-MEDJAZZJONI F'PAJJIŻNA

1. Huwa dejjem tajjeb li dawk li jispiċċaw, jew jafu li ser jispiċċaw f’kawża, ikollhom mod ta’ kif jaslu fi ftehim qabel. Fis-sistema...